Anzjana tingħata l-għajnuna f’Marsalforn

Illum wara nofsinhar, il-lifeguards tal-Emergency Response and Rescue Corps, l-ERRC assistew anzjana ta' 74 sena li sofriet minn qtugħ ta' nifs wara għawma.

Fuq il-post issejħet ambulanza, li ħadet lill-anzjana l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għal aktar kura.

Dan kien it-tieni intervent li l-ERRC ġew imsejħa jagħmlu f’inqas minn ġimgħa.

Fil-ġranet li ġejjin, il-Ministeru għal Għawdex se jkun ukoll qed ipoġġi flag poles f’numru ta’ bajjiet li jinkludu wkoll tabella b’informazzjoni u ring buoys.

Dan is-servizz ta’ lifeguarding u wkoll inizjattivi oħra qed jiġu ffinanzjati mill-Ministeru għal Għawdex u huma parti mill-ħidma li qed issir mill-istess Ministeru sabiex il-bajjiet ikunu post iktar sigur.