Anzjana tiddaħħal l-isptar minn fuq cruise liner

Anzjana ttieħdet l-isptar wara li kellha bżonn l-għajnuna fuq cruise liner.
Matul il-lejl li għadda l-Forzi Armati ta’ Malta, permezz tal-vapur Melita II SAR ħarġu għaliha u ħaduha lejn Xatt it-Tiben.
Minn hemm il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-kundizzjoni u l-identità tal-mara għadhom mhux magħrufa.