Anzjana Taljana tgħin persuna mill-Afganistan; se tittella’ quddiem il-qorti Żvizzera

Mara ta’ 73 sena se tittella’ quddiem il-qorti u mistennija teħel multa ta’ €735 minħabba li għenet persuna mill-Afganistan li qed ifittex ażil. Dan għamlitu barra l-fruntiera Taljan f’temp kiesaħ silġ.

Anni Lanz iltaqgħet mar-raġel f’ċentru f’Basel fejn kien qed isofri b’mod sinifikanti minn problemi psikoloġiċi wara li martu u bintu ġew irrappurtati mejta. Rapporti mediċi mibgħuta lill-awtoritajiet Żvizzeri ssuġġerew li r-raġel għandu jingħatalu permess jibqa’ fil-pajjiż ma’ oħtu, iżda l-awtoritajiet Żvizzeri iddeportawh lura lejn l-Italja.

Lanz li ilha involuta fid-drittijiet tar-refuġjati għal 34 sena semgħat bil-każ tar-raġel u kif kien spiċċa jorqod barra f’temperaturi ta’ -10° viċin il-fruntiera Żvizzera.

Maria Serrano, waħda mill-persuni li tmexxi l-kampanji ta’ Amnesty International qalet li Lanz m’għamlet xejn ħażin billi tgħat l-għajnuna lil din il-persuna. Hi qalet li dak li wetqet għamlitu b’kompassjoni. Hi qalet li l-kundanna kontra Anni għandha tinbidel u l-leġiżlazzjoni fl-Iżvizzera għandha tkun emendata biex ma tibqax tikkastiga lis-Sammaritan it-tajjeb għal turija ta’ solidarjetà.