Anzjana ta’ 96 hija l-41 vittma tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Read in English.

Anzjana ta’ 96 sena hija l-41 vittma tal-coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa dalgħodu.

Kien spjegat li l-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Ottubru mir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha. Ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dakinhar stess. Hija baqgħet tingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.