Read in English.
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, l-Prof. Charmaine Gauci ħabbret li persuna oħra mietet kawża tal-coronavirus. Ħabbret dan waqt konferenza tal-aħbarijiet l-Erbgħa waranofsinhar.
B’hekk issa t-total ta’ vittmi tal-Covid-19 hu ta’ 216-il persuna.
L-aħħar każ hu ta’ anzjana ta’ 93 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-22 ta’ Diċembru u mietet ilbieraħ fl-isptar The Good Samaritan.