Anzjana ta’ 93 sena tittajjar f’Ħal Luqa

CMRU

Anzjana ta’ 93 sena spiċċat l-isptar wara li ttajret minn karozza. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20am.

L-anzjana kienet miexja fi Triq San Ġużepp f’Ħal Luqa meta spiċċat ittajret minn karozza. Skont kelliem għall-pulizija, il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena miż-Żejtun.

Fuq il-post marru l-pulizija tad-distrett.

Il-mara ttieħdet l-isptar għall-kura iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.