Anzjana ta’ 86 sena tmut waqt li kienet pozittiva għall-COVID-19

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-COVID-19.

Hija ġiet kkonfermata pożittiva għall-virus fit-18 ta’ Awwissu u bdiet tingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei minn dak in-nhar.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.