Anzjana ta’ 82 sena tittajjar f’Ħal Għaxaq

Anzjana kellha tiddaħħal l-isptar wara li ttajret minn karozza kmieni dalgħodu.
L-inċident ġara fis-sitta neqsin kwart fi Triq Dawret il-Gudja f’Ħal Għaxaq.
Jidher li l-mara ta' 82 sena mhix fil-periku tal-mewt.
Ftit wara l-inċident, it-triq reġgħet infetħet għat-traffiku.