Anzjana ta’ 80 sena tmut bil-Covid-19

Budget2021_Mater-Dei
Miguela Xuereb

Read in English.

Anzjana ta’ 80 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. Hija it-62 vittma tal-coronavirus f’Malta.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar dan dalgħodu u qal li l-anzjana mietet tard ilbieraħ filgħaxija.

Hija ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fid-9 ta’ Ottubru u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru.

Dwar dan il-każ ma jissemmhix li l-anzjana kienet tbati minn xi kumplikazzjonijiet oħra jew li kellha xi mard kroniku.

 Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari, mill-ġdid appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19.