Anzjana ta’ 77 sena sfat misruqa f’darha

Anzjana ta’ 77 sena mix-Xagħra Għawdex sfat misruqa lbieraħ wara nofsinhar għall-ħabta tal-ħamsa.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook jirriżulta li l-anzjana kienet għall-quddiesa meta daħlu xi persuni minn wara tar-residenza li tinsab fi Triq Gajdoru fix-Xagħra Għawdex.

Jirriżulta wkoll li nsterqu xi affarijiet. Nifhmu li aktar investigazzjonijiet jinsabu għaddejjin.