Anzjana ta’ 107 snin tfiq mill-coronavirus fl-Iran – Fars

Pixabay

L-aġenzija tal-aħbarijiet Iranjana Fars żvelat li anzjana ta’ 107 snin fiqet mill-coronavirus fil-pajjiż.

F’rapport illum, kien spjegat li Saltanat Akbari kienet iddaħħlet l-isptar Khansari fiċ-ċentru tal-belt ta’ Arak. Hi mbagħad kienet intbagħtet id-dar wara li għamlet xi żmien f’iżolament.

Fars sepjegat li l-mara rnexxielha tgħeleb il-virus grazzi għall-għajnuna tat-tobba u l-infermiera fl-isptar.

L-Iran huwa wieħed fost l-aktar pajjiżi affettwati fil-Lvant Nofsani b’total ta’ 133,521 każ ta’ persuni infettati u 7,359 mewta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn