Anzjana ssir il-220 vittma tal-Covid-19 f’Malta

anzjani
Miguela Xuereb

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ anzjana bil-coronavirus, b’hekk din hi l-220 vittma tal-virus f’Malta.

L-anzjana ta’ 73 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-14 ta’ Diċembru, u mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

L-aħħar imwiet fil-31 ta’ Diċembru
Imutu 3 anzjani bil-coronavirus

Illum il-Ministeru ħabbar 88 każ ġdid tal-Covid-19.