Aġġornata: Anzjana ssib ruħha f’diffikultà waqt li qed tgħum

Mara ta’ 87 sena minn Raħal Ġdid qiegħda f’qagħda kritika wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ fl-4.30pm.
L-anzjana ttellgħet mill-baħar minn membru tas-salvataġġ u ttieħdet l-isptar b’ambulanza.