Anzjana tittella’ mill-baħar mitlufa minn sensiha

Anzjana ttellgħet mill-baħar mitlufa minn sensiħa aktar kmieni waranofsinhar.
Jidher li l-inċident seħħ viċin l-Akkwarju Nazzjonali fil-Qawra.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li l-Ingliża ta’ 73 sena qed issoffri minn ġrieħi serji wara li ttellgħet minn bajja viċin Triq it-Trunċiera f’San Pawl il-Baħar minn xi nies li kienu fil-viċinanzi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.10pm ta’ waranofsinhar bil-vittma tittieħed b’urġenza l-Ispter Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Ritratt: Google