Anzjana misruqa b’eluf ta’ ewro f’ġojjellerija

Anzjana ta’ 70 sena sfat misruqa waqt li ma kinitx f’darha.
Is-serqa saret ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Dun Pawl Laferla, is-Siġġiewi.
Xħin waslet id-dar, il-mara sabet il-bieb ta’ barra sgassat.
Mill-investigazzjoni ħareġ li l-ħallelin serqu b’eluf ta' ewro f’ġojjellerija.
L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera.