Anzjana li kienet tbati mid-dimenzja aktarx ittieklet ħajja minn kukkudrill

Anzjana li kienet tbati bid-dimenzja aktarx ittieklet minn kukkuddrill wara li għebet fl-Awstralja.
Anne Cameron ta’ 79 sena li kienet toqgħod f’dar tal-anzjani fi Queensland kienet irrappurtata nieqsa nhar it-Tlieta.
Ħwejjeġ u bastun b’isimha fuqhom instabu ħdejn xmara viċin tad-Dar fejn kienet residenti.
Il-Ġimgħa l-Pulizija qalet li apparti l-ħwejjeġ u bastun instabu wkoll xi fdalijiet umani u li hemm ċans kbir li dawn huma tal-anzjana.
Il-Pulizija qalet li qed tissuspetta li l-anzjana kienet attakkata minn kukkudrill viċin xmara 2km ‘il bogħod mid-dar tal-anzjani.
Hi kienet ġiet rilokata f’din id-dar apposta biex tkun aktar viċin tal-familjari tagħha.
Skont l-awtoritajiet Awstraljana l-attakki mill-kukkudrilli fl-akwati fejn instabu l-fdalijiet tal-anzjana m’humiex komuni, għalkemm f’32 sena kien hemm disa’ fatalitajiet rappurtati.