Anzjana l-isptar wara li waqgħet minn fuq il-bankina fil-Ħamrun

Anzjana qed tiġi rikoverata l-Isptar Mater Dei wara li waqgħet minn fuq il-bankina fil-Ħamrun.

Hija kienet miexja fi Triq id-Duka ta’ Edinburgh għall-ħabta tal-11am meta għelbet u waqgħet fit-triq, fejn kienet għaddejja karozza li laqtitha.

Il-vittma, mara ta’ 80 sena mill-Ħamrun stess, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Ħamrun ukoll.