Anzjana l-isptar wara ħabta fi Fleur de Lys

Mara ta' 65 sena minn Tas-Sliema ġarrbet xi ġrieħi wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku f'i Fleur de Lys.
L-inċident seħħ għal ħabta tad-9pm ħdejn ir-rawndebawt ta' Santa Venera, meta karozza misjuqa minn raġel ta' 34 mill-Fgura daħlet fuq wara ta' karozza oħra misjuqa minn raġel ta' 49 sena minn San Pawl il-Baħar. F'din tal-aħħar kien hemm passiġġiera mara minn Tas-Sliema li ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza. Il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.