Aġġornata: Tittella’ mill-baħar; fil-periklu tal-mewt

Għall-ħabta tas-6.15pm, Franċiża ta’ 83 sena kienet qed tgħum f’Bajja viċin Triq il-Marfa fil-Mellieħa. Għal xi raġuni l-mara sabet ruħha f’diffikultà u ngħatat l-ewwel għajnuna.

Kelliem għall-Pulizija qal li minn stħarriġ preliminari illi sar rriżulta li l-mara kienet qed tgħum u ttellgħet minn xi nies fuq il-bajja wara li sabet ruħha f’diffikultà.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet il-mara l-isptar u ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. B’dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Farrugia li ħatret diversi sperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjoni tagħhom dwar dan l-inċident.