Anzjana gravi wara splużjoni fis-Swieqi

Christoph Schwaiger

Anzjana ndarbet gravi wara splużjoni żgħira f’darha fis-Swieqi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ ilbieraħ fit-8.15am fi Triq is-Siegħ. Hu spjega li l-mara ta’ 69 sena kienet għaddejja bil-ħidma tagħha ta’ kuljum meta seħħet splużjoni minħabba xi ħruġ ta’ gass.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kif ukoll tim mediku. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.