Anzjana gravi wara li waqgħet fuq xarabank

Anzjana ndarbet gravi wara li waqgħet fuq xarabank fir-Rabat

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-11.30am fi Triq il-Mużew. L-investigazzjonijiet preliminari sabu li l-mara ta’ 78 sena residenti l-Imtarfa tilfet il-bilanċ waqt li kienet qegħda fuq xarabank, bil-konsegwenza li ndarbet.

Ix-xarabank kien qed jinstaq minn Filippin ta’ 50 sena resident l-Ħamrun. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei.