Anzjana gravi wara li ttajret minn karozza li baqgħet sejra

Anzjana ta’ 67 sena residenti l-Gżira sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza li baqgħet sejra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am, xħin l-anzjana kienet miexja fl-inħawi ta’ Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa l-Gżira stess.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn persuni li nzertaw fil-qrib, sakemm ġiet l-ambulanza li ħaditha l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u kull min għandu xi informazzjoni li tista’ tgħin lill-Pulizija mirlub jgħaddihielhom, anki b’kunfidenzjalità.