Persuna gravi wara li ttajret minn karozza fil-Gżira

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Persuna ttajret minn karozza fil-Gżira, u qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ fil-5.30pm fi Triq il-Gżira.

Raġel ta’ 40 sena minn Birkirkara tajjar lil persuna Rumena ta’ 63 sena, li toqgħod il-Gżira, bil-vettura tiegħu. Fuq il-post marret ambulanza li ħaditha l-Isptar Mater Dei, fejn iżjed tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.