Anzjana gravi wara li ttajret minn karozza fil-Gżira

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Anzjana ta’ 80 sena ndarbet gravi wara li ttajret minn karozza fil-Gżira.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fid-9.20am fi Triq San Albert. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet sabu li l-mara residenti l-Gżira ntlaqtet minn karozza misjuqa minn mara ta’ 49 sena minn Tas-Sliema.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei.