Anzjana gravi wara inċident tat-traffiku

Mara anzjana ta’ 82 sena mix-Xewkija, tittieħed l-Isptar Ġenerali
t’Għawdex wara li ħabtet bil-karozza tagħha.

L-inċident seħħ fix-Xewkija stess, ilbieraħ għal ħabta tas-1915pm fit-triq San Bert

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza misjuqa minn
raġel ta’ 37 sena li joqgħod in-Nadur u l-karozza misjuqa mill-mara ta’ 82 sena.

Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-isptar. Hi ġiet
iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.