Aġġornata: Tmut l-anzjana li dalgħodu ttajret f’Għawdex

L-anzjana ta’ 80 sena li dalgħodu weġġgħet gravi f’inċident fir-Rabat, Għawdex, mietet wara nofsinhar.
Kien għall-ħabta tad-8.45am xħin ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti Għajnsielem.
L-inċident seħħ fi Triq ir-Repubblika.