Aġġornata: Anzjana tittajjar minn karozza tal-linja

Mara ta’ 80 sena mill-Belt Valletta ġarrbet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza tal-linja fil-Furjana.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ dalgħodu  fi Triq Nazzjonali.
Mill-istħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-anzjana ntlaqtet minn karozza tal-linja li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Isla.
Il-mara kienet qed issuq scooter tal-elettriku.
Issejħet l-għajnuna tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu l-anzjana l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Il-Malta Public Transport fi stqarrija qalet li qed tipprovdi l-għajnuna meħtieġa lill-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet.

Ritratt: Media Police