Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’Raħal Ġdid

📷: Miguela Xuereb

Anzjana qiegħda ssofri minn ġrieħi serji u tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li ttajret minn karozza f’Raħal Ġdid.

L-inċident ġara lbieraħ, għal-ħabta tas-7.10pm, fi Triq tal-Borġ.

Il-mara ta’ 86 sena residenti Raħal Ġdid stess intlaqtet minn karozza misjuqa minn Libjan ta’ 43 sena li joqgħod il-Fgura.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri fetaħ inkjesta fuq il-każ.