Aġġornata: Tmut l-anzjana li instabet mal-art f’darha

Aġġornata 19:58:
Il-Pulizija kkonfermat li sfortunatament l-anzjana tilfet ħajjitha

Aktar kmieni:
Anzjana ta’ 81 sena, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li nstabet mal-art fir-residenza tagħha.
L-anzjana instabet mill-Pulizija u l-qraba dalgħodu għall-ħabta tas-6 fid-dar tagħha fi Triq San Ġorġ, f’Ħal Qormi.
Il-Pulizija kienu ġew infurmati b’telefonata anonima li l-anzjana nstemgħet tokrob minn wara l-bieb tagħha.
Hija ttieħdet b’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ u ssejħet inkjesta Maġisterjali. 

Ritratt: Media Police