Anzjana fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħal Tarxien

Anzjana ta’ 82 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn vann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ dalgħodu fi Triq Santa Marija, f’Ħal Tarxien meta l-anzjana ttajret minn vann li kien misjuq minn raġel ta’ 50 sena mill-Marsa.
Fuq il-post waslu membri tal-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħadu lill-anzjana għall-kura b’ambulanza. 

Ritratt: Media Police