Anzjana fil-periklu tal-mewt wara ħabta fin-Naxxar

Read in English.

Anzjana ta’ 65 sena residenti Għajnsielem, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li
kienet involuta f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq l-Imdawra.

Fuq il-post marru mill-ewwel il-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar u minn investigazzjonijiet
preliminari li saru rriżulta li anzjana tilfet il-kontroll tal-vettura u kellha impatt ma’ siġra.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lil anzjana
u ssejħet ukoll ambulanza li ħaditha l-Isptar.

Iktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li fetħet inkjesta rigward il-każ u ġew maħtura numru ta’ esperti sabiex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.