Anzjana fil-periklu tal-mewt, oħra gravi

Read in English.

Inċident tat-traffiku ħalla żewġ persuni feruti, waħda fil-periklu tal-mewt u l-oħra gravi.

Żewġ nisa ttieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kienu involuti f’inċident stradali f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ il-bieraħ għal ħabta tad-disgħa u nofs ta’ bil-lejl, fi Triq it-Turisti kantuniera ma’ Triq Għawdex f’San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija rriżulta li l-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn San Pawl il-Baħar u vettura żgħira misjuqa minn raġel Taljan ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Iż-żewġ nisa passiġġieri fil-vettura tat-Taljan, kienu mara Taljana ta’ 80 sena u mara li s’issa l-identità tiegħha għadha mhux magħrufa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lin-nisa l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, il-mara ta’ 80 sena ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-mara l-oħra ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.