Anzjana bi ġrieħi gravi wara li serquha fit-triq

Anzjana ta’ 90 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li spiċċat vittma ta’ serqa fi triqitha lejn il-knisja,.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-6am, meta l-anzjana kienet għaddejja minn Triq il-Knisja f’Tas-Sliema.
Mil-ewwel informazzjoni jidher li persuna mhux magħrufa resqet lejn l-anzjana, ġibditilha l-basket u ħarbet tiġri bih.
Intant l-anzjana spiċċat waqgħet mal-art fuq idejha.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana lejn l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

Ritratt: Ian Noel Pace