Anzjana bi ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħ’Attard

Anzjana qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħ’Attard.

L-inċident seħħ ftit qabel is-6.45pm ilbieraħ fi Triq il-Gradilja.

Ħabtu żewġ karozzi, li waħda kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar, u l-oħra kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 70 sena, ukoll residenti San Pawl il-Baħar. Miegħu kien hemm riekba mara ta’ 71 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll, li ndarbet fil-ħabta.

Ambulanza ħadet lill-mara l-isptar fejn irriżulta li għandha ġrieħi gravi.