Anzjana abbużata sesswalment; il-care worker jintbagħat 7 xhur ħabs

Raġel ta’ 43 sena mill-Filippini ngħata sentenza ta’ seba’ xhur priġunerija wara li nstab ħati li abbuża sesswalment minn anzjana ta’ 77 sena f'Ħaż-Żebbuġ.
L-akkużat, li kien jaħdem bħala care worker ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Reagan Ugat Tion, li suppost kien qed jieħu ħsieb l-anzjana, inqabad minn filmat tal-kameras tas-sigurtà jabbuża minnha f’darha stess.
Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, instema’ kif l-anzjana sabet lil carer permezz ta’ aġenzija, u li kien ilu biss siegħa li ltaqa’ magħha.
Issa lill-mara qed jieħdu ħsiebha l-qraba tagħha.