Anzjan ta’ 97 sena jingħata l-Premju Nazzareno Vassallo

Anzjan ta' 97 sena ngħata l-Premju Nazzareno Vassallo tas-sena 2018, organizzat minn CareMalta, għall-ħidma eżemplari tiegħu li għadha għaddejja sal-lum.
Joseph Borg Bonello għadu attiv bħala President tal-Anglo Maltese League, il-Malta Billiards and Snookers Association u anki fil-kumitat tar-residenti ta’ Zammit Clapp, fejn huwa jinsab resident bħalissa.
Xi ħaġa li l-kumitat tal-għażla nnota b’mod partikolari hi li huwa wkoll Ċermen tal-Għaqda Ħbieb ta’ Monte Karmeli, li jfittxu biex iqajmu għarfien fuq l-isfidi tas-saħħa mentali.
Il-bord tal-għażla kien immexxi mill-Eks Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi u kien jinkludi wkoll lill-ġurnalista Ariadne Massa, lil-lekċerer Holger Saliba u lill-esperta fil-ġerentoloġija, Rosette Farrugia Bonello.