Anzjan ta’ 91 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur

Raġel ta’ 91 sena minn Tas-Sliema jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn mutur fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema stess.

L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tal-għaxra ta’ bil-lejl. Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li ġuvni ta’ 20 sena minn Ħal Qormi kien qed isuq mutur fid-direzzjoni minn San Ġiljan lejn Tas-Sliema fil-ħin li tajjar l-anzjan.

L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura medika fejn aktar tard irriżulta li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmatha l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Huwa mifhum li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.