Anzjan ta’ 86 sena huwa t-12-il vittma tal-Covid-19

Read in English.

Anzjan ta’ 86 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Dan ħabbru l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Fl-istqarrija, il-Gvern qal li l-anzjan irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Awwissu wara li ddaħħal l-isptar fit-23 ta’ Awwissu. Ir-raġel sarilu swab test fejn instab li kien pożittiv kif inhi proċedura għal kull dħul ta’ pazjent fl-isptar. Wara beda jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

Ingħad ukoll li kellu problemi ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, filwaqt li appella biex il-pubbliku jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.