Read in English.
Il-Gvern ħabbar il-mewt ta’ persuna oħra li kellha l-Covid-19. Dan huwa raġel anzjan ta’ 70 sena li issa huwa 39 vittma tal-coronavirus f’Malta.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei dakinhar stess, fejn miet aktar kmieni llum.
Huwa kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.
il-każi tal-lum
65 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 43