Read in English.
Raġel ta’ 67 sena huwa 42 vittma tal-coronavirus f’Malta. Din il-mewta ġiet qalb żieda fil-każi pożittivi fil-pajjiż fl-aħħar jiem.
Nofs l-imwiet irreġistrati fil-pajjiż seħħew fl-aħħar ġimgħatejn.
Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-28 ta’ Settembru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Coronavirus fl-1 ta’ Ottubru. Hu baqa’ jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.
Il-Ministeru sostna li r-raġel kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Filwaqt li lbieraħ kienu rreġistrati 100 każ ġdid pożittiv, illum kienu rreġistrati 95 każ ieħor.