Anzjan sospiż mill-Bibljoteka jerġa’ jitħalla jidħol

Persuna anzjana li kienet twaqqfet milli tidħol fil-Bibljoteka Nazzjonali reġgħet tħalliet tmur wara intervent mill-Uffiċċju tal-Ombudsman.
L-Anzjan kien imur kull ġimgħa fil-Bibljoteka Nazzjonali biex jikkopja l-crossword mis-Sunday Times ta’ Londra iżda darba minnhom kien inqabad jieħu l-paġni tal-istess gazzetta u joħroġ bihom mill-Bibljoteka, azzjoni gravi li setgħet twassal għal €2,500 jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur.
Minħabba li fl-ittra ta’ sospenssjoni ma kien hemm data sa meta kellu jieqaf imur il-Bibljoteka u minħabba li l-Ombudsman ra li l-għan tas-sosspenssjoni kien intlaħaq, kien irrakkomanda biex din tiġi revokata.
Din ir-rakkomandazzjoni ntlaqgħet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-anzjan seta’ jergħa jiffrekkwenta l-Bibljoteka mill-1 ta’ April tas-sena l-oħra.
Dan il-każ deher fil-ġabra ta’ Każijiet fil-Qosor li l-Ombudsman Parlamentari ippreżenta lill-Ispeaker Anġlu Farrugia l-Erbgħa li għaddiet