Aġġornata: Anzjan ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest wara li allegatament ikkorrompa minorenni

Anzjan ta’ madwar 70 sena, li tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa tifla taħt l-età, għamel attentat għall-pudur bil-vjolenza u żamm lit-tifla kontra r-rieda tagħha, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Il-każ seħħ is-Sibt li għadda f’San Pawl il-Baħar hekk kif l-anzjan ta’ nazzjonalità Taljana, residenti San Pawl il-Baħar, allegatament waqqaf lit-tifla, ħadha f’garaxx u sfurzaha tagħmel atti żienja miegħu.
It-tifla rnexxielha taħrab minn fuq il-post u għarrfet lill-ġenituri tagħha bil-każ.
Minnufih, il-ġenituri għamlu rapport fl-għassa tal-pulizija tal-Qawra u l-anzjan ġie arrestat mill-Pulizija ftit tal-ħin wara.
It-tifla ttieħdet l-Isptar Mater Dei biex isirulha xi testijiet.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Ritratt: Arkivji