Anzjan milqut minn vettura fil-Furjana

Anzjan ta’ 80 sena mill-Imsida weġġa' gravi wara li dalgħodu safa milqut minn vettura misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena minn Birkirkara.

L-inċident seħħ għal ħabta tat-7.45 a.m. fi Pjazza San Kalċidonju, kantuniera ma’ Triq Vincenzo Dimech, il-Furjana.

Jidher li meta ntlaqat mill-vettura, l-anzjan kien qed jaqsam it-triq.

Huwa baqa’ konxju iżda xorta waħda ttieħed l-Isptar għall-kura meħtieġa.