Anzjan l-isptar wara li waqa’ saqaf tal-pjanċi fuqu fix-Xgħajra

Anzjan spiċċa l-isptar wara li waqa’ saqaf tal-pjanċi fuqu fix-Xgħajra, għalkemm sofra biss ġrieħi ħfief.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq il-Knisja.

L-anzjan li għandu 81 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.