Anzjan gravi wara li ttajjar il-Birgu

Aġġornat 02:25 PM
Miguela Xuereb

Anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’emerġenza wara li ttajjar il-Birgu, fejn irriżulta li għandu ġrieħi gravi.

L-inċident ġara fi Triq San Dwardu fid-9.30am.

Il-vittma għandu 79 sena u hu residenti l-Fgura, filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn anzjan ta’ 82 sena residenti l-Kalkara.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.