Anzjan ta’ 88 sena weġġa’ gravi meta ttajjar f’Raħal Ġdid dalgħodu u ttieħed l-isptar b’emerġenza.
Il-pulizija ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tas-7am.
L-anzjan, residenti Bormla, ittajjar hu u jaqsam it-triq fi Pjazza Antoine De Paule. Intlaqat minn karozza misjuqa minn Rumen ta’ 37 sena li joqgħod l-Imsida.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.