Filmat: Anzjan l-isptar wara li nqaleb bil-karozza fil-Mosta

Anzjan iddaħħal l-isptar wara li nqaleb bil-karozza fil-Mosta.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq Sir Temi Zammit għall-ħabta tad-8.45am.

Ir-raġel li għandu 77 sena minn Birkirkara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.