Raġel l-isptar wara li ħabat bil-mutur f’Baħar iċ-Ċagħaq

Raġel ta’ 52 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Baħar Iċ-Ċagħaq.
Kien għal ħabta tas-1 ta’ wara nofsinhar, meta  seħħet ħabta bejn karozza u mutur misjuq mir-raġel, fi Triq il-Kosta.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. 
Ritratt: Media Police