Anzjan gravi wara inċident b’mutur

Aġġornat 12:53 PM
Arkivji

Sewwieq ta’ mutur ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident kmieni dalgħodu f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ fis-6.45am fi Triq Birżebbuġa, fejn is-sewwieq ta’ 60 sena minn Bormla tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija u ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei.