Koppja anzjana tispiċċa l-isptar wara ħabta f’Raħal Ġdid

Aġġornat 09:25 AM
CMRU

Koppja anzjana kellha tittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi f’Raħal Ġdid il-Ħadd wara nofsinhar.

Il-ħabta seħħet fil-5pm fi Triq Duminku Mintoff, bejn Nissan GT-R li kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Isla u Suzuki Alto misjuqa minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Fgura.

Ir-raġel ta’ 72 sena, kif ukoll mara ta’ 70 sena residenti l-Fgura li kienet passiġġiera tiegħu, ittieħdu l-isptar wara li sofrew ġrieħi. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara kellha ġrieħi ħfief.

Is-sewwieq tal-karozza l-oħra ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

🇲🇹 Aġġornament: It-triq tista’ tintuża mis-sewwieqa b'mod normali.🇬🇧 Update: Road has been reopened for normal traffic…

Posted by The Malta Police Force on Sunday, September 13, 2020